Lejn 60 sena ta' Storja - Mqabba FC, Est 1957

84 pages
54 views
of 84
All materials on our website are shared by users. If you have any questions about copyright issues, please report us to resolve them. We are always happy to assist you.
Share
Description
Lejn 60 Senata’ StorjaMqabba F.C. EST.1957EditorjalIt-tim tal-futbol tal-Mqabba Raħal żgħir b’qalb kbira fl-istorja tal-ballun Is-Sur…
Transcript
Lejn 60 Senata’ StorjaMqabba F.C. EST.1957EditorjalIt-tim tal-futbol tal-Mqabba Raħal żgħir b’qalb kbira fl-istorja tal-ballun Is-Sur Jeremy Mercieca Kważi għadda l-Istaġun 2017/18 għaliex iż-żmien ma jistenna lil ħadd. L-istess għaddew bħal leqqa ta’ berqa s-60 sena l-oħra mill-ewwel ġurnata li twaqqaf il-klabb tal-Imqabba. Għalkemm ir-raħal pittoresk talImqabba huwa famuż għaż-żewġ festi tiegħu, wieħed ma jistax jinsa l-isforzi kbar li qegħdin isiru sabiex ittim tal-futbol tal-Imqabba jgħolli isem l-Imqabba flIsport. Jekk immorru lura dawn is-snin kollha, nindunaw kemm il-logħba tal-futbol u t-tim tal-Imqabba nbidlu drastikament. Illum il-ġurnata, żewġ aspetti kruċjali biex klabb bħal tagħna jibqa’ għaddej huma l-ħidma volontarja ta’ grupp żgħir ta’ nies, kif ukoll li jkollok finanzi biżżejjed li żżomm klabb hekk kbir għaddej. Madankollu, kull kumitat li mexxa l-klabb tal-Imqabba, kellhom u għad għandhom il-potenzjal, għandhom l-għodda u għandhom il-kapaċità biex ikomplu jġibu aktar suċċess għat-tim tal-Imqabba. Matul is-snin, bl-għajnuna finanzjarja u materjali ta’ numru ta’ nies, irnexxielna niksbu numru ta’ suċċessi, li għad-daqs tar-raħal żgħir tagħna huma meqjusa hekk kbar. Inħeġġeġ lill-Imqabbin kollha biex ikunu dejjem hemm wara t-tim tagħna, għaliex ‘Fejn hemm l-Għaqda, hemm is-saħħa’. Għalkemm kulħadd ikun jixtieq li t-tim tant għal qalbna dejjem joħroġ rebbieħ, fir-realtà, kulħadd jaf li dan ma jistax iseħħ. Għalhekk, kull meta t-tim tagħna ma jkunx għaddej minn mumenti daqstant pożittivi, għandna nibqgħu nissapportjaw lillbenjamini tagħna, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. F’din l-edizzjoni speċjali ta’ dan il-ktejjeb, proprju fis-60 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb tal-futbol tal-Imqabba, wieħed ser jiltaqa’ mal-ħidma li saret u li qed issir sabiex il-klabb tal-Imqabba jibqa’ għaddej u jikseb suċċessi kbar. Minn hawn nirringrazzjaw lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw is-servizzi tagħhom f’dan il-ktejjeb speċjali.Werrej Editorjal ..........................................1 Kumitat Eżekuttiv Mqabba F.C. Staġun 2017/2018 ...........................3 Naħdmu biex ngħollu isem raħalna fl-Isports ..........................................5 Raħal żgħir b’qalb kbira Storja rikka ta’ klabb determinat għas-suċċess ....................................9 Il-Messaġġ tal-Kowċ .....................19 Messaġġ mill-Captain ..................21 Il-Fundatur Ewlieni u l ewwel Head-Coach tal-Imqabba F.C. Youth Nursery ...............................23 It-tim tal-minors jikseb ilpromozzjoni wara 42 sena ............25 L-Unuri tal-klabb ..........................26 Il-Presidenti li mexxew lill-klabb matul dawn is-sittin sena...............28 Il-Kowċis li mexxew lit-tim talMqabba Ħajduks u l-Mqabba F.C. ...............................29 L-Istorja tal-Klabb mit-twaqqif tiegħu.........................33 It-tim tal-Mqabba F.C. mis-snin elfejn sal-preżent ...........................41 L-Imqabba F.C. Youth Nursery .....55 Kurżitajiet .....................................71 Tislima ..........................................75 Kull dritt riservat - Mqabba F.C. © Mqabba F.C. Ritratti: Joe Borg, Antoine Sciberras, Steve Debono, Raymond Vella, Chris Schembri Baldacchino u Pauline Agius Farrugia.LEJN 60 SENA TA’ STORJA1BOV CONTACTLESS CARDSwhy pay cash when you can just tap and go? Simple | Swift | SecureA BOV Visa Classic contactless card gives you all the convenience of a regular credit card, but also enables fast payments up to €20. So whether you want to pay for a coffee or a weekly magazine, simply tap your contactless card and the transaction will be processed in seconds. That’s really all there is to it. Terms and conditions apply.2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130Kumitat Eżekuttiv Mqabba F.C. Staġun 2017/2018President: Segretarju: Kaxxier: Viċi-Presidenti: Viċi-Segretarju: Viċi-Kaxxier: MFA Council Member: Kit Managers: Team Manager: Ground Manager: Link between Committee and team: Link between Committee and nursery: Membru:Carmel Ellul Jeremy Mercieca Ellen Farrugia Clemence Dujardin John Sciberras Luke Vella John Cutajar Mario Borg Charles Camilleri Rene Briffa Steve Debono Frans Farrugia Martin Gauci Antoine Sciberras George AttardIl-Kumitat Eżekuttiv tal-Imqabba jixtieq jirringrazzja lill-ex-membri tal-kumitat, kowċis u plejers li servew għall-klabb tal-Imqabba FC matul dawn l-aħħar sittin sena.LEJN 60 SENA TA’ STORJA3Philip Taxi Service 24 Hours Service Mob: 7926 9692 Tel: 2168 5117Furniture Transport | High Up Service | Crane Service Customs Clearance & Forwarding Tel: 2146 1190 • Mob: 9949 9574 / 9949 9576 Email: fborgmovers@gmail.com Frankate, Triq ir-Rebbieħa, Siġġiewi SGW 1822, Malta 4MQABBA F.C. 1957Messaġġ mill-PresidentNaħdmu biex ngħollu isem raħalna fl-Isports Is-Sur Carmel Ellul Għeżież Imqabbin, Nixtieq naqsam magħkom dawn il-ħsibijiet tiegħi ta’ kif bdiet l-imħabba tiegħi lejn il-logħba tal-futbol u lejn il-klabb tal-futbol talImqabba. Huwa fiż-żmien meta kont għadni naqra ta’ tifel, flimkien ma’ ħuti Victor u Pawlu u l-kuġini tiegħi Charlie u Mario Farrugia, konna nilagħbu l-ballun fil-bitħa tal-ġenituri tiegħi fi Triq San Bażilju. Meta tfarfarna u bdejna nilagħbu l-ballun fit-triq, kienu joqogħdu qrib tagħna l-familja Bugeja tad-Demsi, speċjalment ħuhom il-kbir Joe Bugeja li bdew iħajruna biex nilagħbu l-futbol. Tista’ tgħid li dak iż-żmien fl-Imqabba, kull triq kellha tim tal-futbol tat-tfal, u Joe kien joħodna fl-għalqa magħrufa bħala tal-Isqof biex nilagħbu kontra xi tim ieħor mill-Imqabba. Ġieli wkoll ħaduna biex nilagħbu kontra xi tim minn barra mir-raħal. Aktar ’il quddiem jien kont nifforma parti mit-tim ta’ taħt is-16-il sena u konna nilagħbu fil-grawnd ta’ Marsaxlokk kontra rħula oħra. Wara wkoll kont nagħmel parti mit-tim tal-minors li kien ġab l-ewwel unur prinċipali tal-futbol fl-Imqabba. Dak iż-żmien kellna l-kowċ Pawlu Farrugia miż-Żurrieq. Dan l-istess grupp ta’ plejers, tista’ tgħid magħmul kważi kollu millImqabba, kiseb il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni. Għal dawn il-partiti li konna nilagħbu kienet tattendi folla numeruża ta’ sostenituri Mqabbin. Għalkemm is-sena ta’ wara t-tim ġie relegat, il-kumitat qatt ma qata’ qalbu u reġa’ beda jaħdem biex it-tim tal-Imqabba jerġa’ jikseb suċċess fejn fi ftit taż-żmien erġajna tlajna fit-tieni diviżjoni u wara fl-ewwel diviżjoni, l-ogħla diviżjoni għal dak iż-żmien. Aktar tard it-tim tagħna kien ġie promoss għal diversi drabi filPremier Division. Hekk nista’ ngħid li l-Klabb tal-futbol beda minn ġo żewġt’ikmamar fi Triq San Bażilju, wara mar fi Triq Santa Katerina u llum jinsab fi Triq il-Madonna tal-Ġilju fejn illum għandna kumpless sportiv komplut b’kollox. Hawnhekk ġiet imwaqqfa n-Nursery, fejn fiha jiġu mħarrġa diversi tfal kemm mir-raħal u anke minn barra mir-raħal fil-logħba tal-ballun. Din ukoll qed tkun ta’ għajnuna kbira għall-Klabb. Dan kien kollu dovut għall-Kumitati preċedenti li ħadmu bis-sħiħ u emmnu fil-bżonn li ninvestu fit-tfal tagħna. Illum hu fl-interess tagħna li nieħdu ħsiebu u nkomplu nattrezzawh għaż-żminijiet tal-lum. Iż-żmien għadda u minn tifel żgħir nilgħab fil-bitħa tal-ġenituri tiegħi, illum flimkien ma’ sħabi ninsabu mmexxu dan il-klabb. Hawn nixtieq nirringrazzja lill-Presidenti li ġew qabli, il-membri li kienu jiffurmaw ilkumitati preċedenti, lis-soċi u sostenituri tal-Imqabba FC, lill-isponsors u lill-benefatturi. Nixtieq inħeġġeġ lin-nies tal-Imqabba biex jingħaqdu magħna u jattendu biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-benjamini tagħna meta jkun qed jilgħab it-tim tal-Imqabba FC, it-tim tar-raħal kollu.LEJN 60 SENA TA’ STORJA5Jerry’Silencer Repairs CO2 WeldingJerry’s Garage Si©©iewi Road, Mqabba Tel: 21640750 Fax: 21642535 Mob: 9944 9237 6MQABBA F.C. 1957OPENING HOURS DŽŶĚĂLJƐůŽƐĞĚ dƵĞƐĚĂLJƐͲ&ƌŝĚĂLJƐ͗ 9:00am - 1.30pm ϱ͗ϬϬƉŵƟůůůĂƚĞ ^ĂƚƵƌĚĂLJƐ͗ 9:00am - 1.30pm ϰ͗ϬϬƉŵƟůůůĂƚĞ ^ƵŶĚĂLJƐ͗ ϰ͗ϬϬƉŵƟůůůĂƚĞ^ƉĞĐŝĂůKīĞƌƌϭ͘ϱ>ŝƚƌĞĞ Coca Colaa ǁŝƚŚĞǀĞƌLJLJ €25 spenttTel: 21680200• Mob: 7968020017, Triq Dun Guzepp Zammit, ZurrieqFREE delivery Terms and conditions applywww.dees-pizzeria.comLEJN 60 SENA TA’ STORJA7DoS Avós, Triq San Bażilju, Mqabba Book your table on 21681131 / 99680942 or Message us on facebook: Dos AvósTal-BazziJoseph & Julian Farrugia Ìarr ta’ ©ebel, ramel u torba, Ωrar u xog˙ol bil-gafef u tractor, ˙sad u ˙art 12, Warda tal-Ìilju, Triq in-Nazzarenu, Mqabba mob: 9988 7021 • 9987 7175 tel: 2168 3409 8MQABBA F.C. 1957Messaġġ mis-SegretarjuRaħal żgħir b’qalb kbira Storja rikka ta’ klabb determinat għas-suċċess Is-Sur Jeremy Mercieca Huwa ta’ unur għalija li mess lili bħala s-Segretarju tal-Klabb tal-Futbol tal-Imqabba li nwassal dan il-messaġġ tiegħi f’din ilpubblikazzjoni speċjali, propju fl-okkażjoni tas-sittin sena anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb tal-futbol ta’ raħalna. Għalkemm kariga bħal din iġġorr piż kbir, aċċettajt li nservi lil raħal twelidi u b’ruħi u b’ġismi dħalt biex nikkopa din il-kariga. Minn żmien għal żmien, l-antenati tagħna dejjem ħadmu sabiex ikabbru fergħa oħra għalina l-Imqabbin; l-Isport, u bla dubju ta’ xejn il-logħba tal-ballun. Sittin sena ilu twaqqaf il-klabb tal-futbol sabiex mingħajr ebda daqq ta’ trombi jibda jikkompeti ma’ numru ta’ timijiet oħra f’dan l-istess sports. Għaddew bħal-leħħa ta’ berqa dawn is-snin kollha mit-twaqqif ta’ dan il-klabb, u llum qegħdin naqtgħu l-frott ta’ ħidma kontinwa. Għalkemm personalment ma niftakarx it-twaqqif ta’ dan il-klabb, ma nimmaġinax li kien faċli dejjem iż-żmien li għaddew minnu l-Imqabbin dilettanti tal-futbol. Min jaf kemm il-partitarji kellhom jagħtu l-ħidma tagħhom biex għandna dawn il-pedamenti sodi li għandna llum. Li kieku l-ħidma tagħhom ma kinitx persistenti, persważ li llum la għandna żewġ grawnds sintetiċi ta’ livell għoli, la għandna ‘Clubhouse’ uffiċjali tagħna b’sala kbira u spazjuża, u fuq kollox, la għandna isem tajjeb u nadif fil-Futbol Malti. B’wiċċi minn quddiem ngħid li aħna l-għira ta’ timijiet oħra, speċjalment tal-madwar. F’dawn l-aħħar sittin sena li t-tim tal-Mqabba ilu mwaqqaf rajna tibdiliet u taqlib, uċuħ ġodda u oħrajn li ħallewna fi ħdan it-tmexxija ta’ dan il-klabb. Li baqgħet l-istess kienet illealtà li kull membru kellu u għad għandu lejn l-arma tar-raħal tagħna. Minkejja li l-ħajja tal-lum hija waħda mgħaġġla u kulħadd ikun impenjat, il-ħidma matul dawn l-aħħar snin ma waqfitx anzi baqgħet għaddejja matul is-snin kollha. Minn hawn inħeġġeġ aktar żgħażagħ u Imqabbin biex jingħaqdu magħna sabiex inkomplu nkabbru t-tim li aħna nappartjenu u isem raħalna, l-Imqabba. Matul dawn l-aħħar tmien snin, kelli x-xorti ngħix u nesperjenza l-ħidma fl-eżekuttiv ta’ klabb tal-futbol – biddlilti diversi karigi li tawni sodisfazzjon kbir. F’dawn is-snin esperjenzajt kemm affarijiet negattivi li fl-aħħar mill-aħħar jgħallmuk, iżda wkoll suċċessi – suċċessi mistħoqqa li jippremjaw is-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt. Valur ewlieni li jiena dejjem tajt kas mill-ewwel ġurnata tiegħi f’dan il-kumitat huwa dak tas-sagrifiċċju li wieħed joffri b’mod volontarju sabiex it-tim tal-Imqabba jimxi ’l quddiem. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta fi tmiem il-ġimgħa tiftaħ il-gazzetti, jew tara l-media soċjali u tara riżultat pożittiv għall-Imqabba. Ikun hemm ċertu logħob li fil-fond ta’ qalbek tkun trid tirbaħ bil-fors, u tkun tixtieq qiegħed tilgħab fil-ground, però fir-realtà dan ma jistax ikun. Meta r-riżultat jiġi ħażin, jew ikun kif mixtieq, partitarju leali bla dubju jħoss għat-tim tiegħu, aħseb u ara persuna li tkun ilha taħdem biex dan ir-riżultat jinkiseb. LEJN 60 SENA TA’ STORJA9Home Star Sofas Upholstery Enoch FarrugiaHome Star Sofas, Industrial Estate Ħal-Farrug – Luqa Mob: +356 7970 9749 • E-mail: homestarsofas@hotmail.com Find us on Facebook: Home Star Sofas 10MQABBA F.C. 1957LEJN 60 SENA TA’ STORJA11T: M: E: :+356 2164 7694 +356 7921 1175 insurance@moiramagro.com www.facebook.com/moiramagrotiiTriq Manwel Sciberras, Qrendi QRD1681Tied Insurance IntermediaryMOIRA MAGROyou deserve to enjoy lifeMoira Magro is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Mapfre Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc. MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. MAPFRE MSV Life plc is authorised by the MFSA to carry on Long Term Business under the Insurance Business Act, 1998. All entities are regulated by the MFSA.BALDACCHINO BROS.Għal kull tip ta’ bini rrikorru għandĠilju u Dennis Baldacchino jew ċemplu fuq 99865128 L-aħwa Baldacchino jixtiequ jawguraw kull suċċess lill-Imqabba F.C. 12MQABBA F.C. 1957Din is-sena f’għeluq is-Sittin sena anniversarju ħsibna li bħala kumitat nembarkaw fuq numru ta’ proġetti. Ovvjament, prijorità kienu ż-żewġ timijiet tagħna, kemm dak tal-Kbar kif ukoll dak tal-Minors. It-tim tal-kbar taħt it-tmexxija tal-Coach Clive Mizzi u l-Asst. Coach Karl Sciortino huwa mibni sabiex jikkompeti bi sħiħ fl-ewwel diviżjoni, li nsaħħu l-pożizzjoni tagħna f’din id-diviżjoni u jekk jiġi ċ-ċans, nissieltu għall-promozzjoni storika f’din is-sena hekk speċjali. It-Tim tal-Minors taħt id-direzzjoni tal-kowċ George Vella kiseb promozzjoni storika minn Sezzjoni D għal Sezzjoni Ċ wara nuqqas ta' 42 sena. Sabiex nikkommemoraw dan l-anniversarju, ħsibna sabiex nagħmlu numru ta’ affarijiet ewlenin fosthom ‘gear’ ġdid mill-isbaħ li ser jintuża matul din is-sena ġentilment sponsorjat mis-Sur Mario Borg u kif ukoll il-ħarġa ta’ din il-pubblikazzjoni speċjali b’enfasi fuq l-Istorja tal-Klabb tagħna. Apparti minn dan kollu, ridna li nħallu xi ħaġa għall-ġenerazzjoni tal-futur u għalhekk, bl-għajnuna finanzjarja tal-Kumpanija ‘MyAffiliates’ ħdimna fuq il-manutenzjoni u rinnovazzjoni tas-sala tal-Każin tagħna, u b’hekk din ġiet mogħtjia dehra aktar moderna. Minn dawn il-kelmtejn nieħu l-opportunità biex nirringrazzja minn qiegħ qalbi lillbenefatturi kollha tagħna għall-għajnuna finanzjarja li għoġobhom jagħtuna, kemm fis-snin passati kif ukoll matul din is-sena. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu involuti f’xi ħaġa jew oħra sabiex dawn l-attivitajiet ikunu suċċess. Mill-ġdid Grazzi! B’din l-istorja rikka li l-klabb tal-Imqabba għandu, kulħadd jista’ jara li t-tim tagħna dejjem kiber u evolva pass wara pass għaliex dejjem kien immexxi minn kumitati passati serji, dejjem tgħallimna mill-pożittiv, u fuq kollox ħarisna ’l quddiem, u b’determinazzjoni kbira għelibna kull ostaklu li sibna, u ħafna drabi wasalna fejn ridna naslu.LEJN 60 SENA TA’ STORJA1314MQABBA F.C. 1957LEJN 60 SENA TA’ STORJA157DU5REEDOR.LUNRS..30DOWD 7HO 7 O     )D[ )   -RKQ*KLJR  -XUWLQ*KLJR (PDLOMRKQJKLJ#PDOWDQHWQHW :HEZZZWDUUREEDUHF\FOLQJFRPFor all types of original, second hand and imitation autoparts with the best prices found locally!!!†¼DUUWDO.RQNRV †%ORNNLWDO)UDQND †%ORNNLWDV6HMMLHdž7RUED †%ULFNVMessaġġ mill-KaxxierInħarsu lura b’sodisfazzjon… Inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu… Is-Sur Ellen Farrugia 60 sena! Mhux faċli li raħal żgħir bħall-Imqabba, li l-futbol mhux l-prijorità ewlenija fil-kultura tiegħu, jagħmel 60 sena li bit-tlajja u l-inżul kollha li kien hemm matulhom dejjem ġab unuri lejn ir-raħal tagħna. Meta ġejna biex inħejju dan il-ktejjeb, iltqajna ma’ diversi nies li fl-imgħoddi kienu parti mill-amministrazzjonijiet li mexxew lil dan il-klabb. Emozzjonati, kollha jirrakkuntawlek rakkonti minn żminijiet differenti u episodji li mhux dejjem issibhom miktuba fil-kotba talistorja iżda li juru ż-żmien sabiħ il-klabb tagħna, avolja żgħir, dejjem għadda minnu f’kull ġenerazzjoni. Għaddew 60 sena u llum hawn aħna! Illum il-ġurnata li tmexxi klabb tal-futbol mhux faċli u l-isfidi nħabbtu wiċċna magħhom kuljum. Matul dawn is-snin irnexxielna nibnu amministrazzjoni li kapaċi tmexxi b’mod mill-iktar professjonali. Taħlita ta’ nies kemm b’esperjenza twila fil-futbol Malti u kemm persuni li għalkemm mhumiex daqsekk intiżi fillogħba, għandhom abiltajiet amministrattivi tajbin ħafna. Dan kollu flimkien mal-enerġija tażżgħażagħ ħloqna kombinazzjoni li qed tħalli l-frott. Matul dawn l-aħħar snin, varajna proġetti diversi li wħud minnhom waslu biex ikunu konklużi. Qed ninvestu ħafna fl-infrastruttura tal-klabb. Iktar tard din is-sena ser ninawguraw il-proġett tal-gym fl-ewwel sular. Proġett li ilu ħafna f’moħħ il-kumitat u fl-aħħar sentejn allokajna ammont konsiderevoli ta’ flus għalih sabiex narawh imwettaq. Il-ħsieb ewlieni tiegħu hu li jgħin lill-plejers tagħna jitħarġu aħjar fiżikament u kif ukoll ikun ta’ għajnuna kbira lil dawk li jkunu għaddejjin minn xi forma ta’ injury. Is-sular jinkludi wkoll klinika ta’ fiżjoterapija u klinika oħra li ser tintuża mit-tabib tal-klabb. B’hekk komplejna ngħollu l-livell ta’ faċilitajiet li investejna fihom matul dawn l-aħħar snin. Fi ftit tal-ġranet oħra ser nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-websajt www.mqabbafc.com. Ser tkun paġna mill-iktar informattiva u interessanti b’dehra mill-iktar moderna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-sur Maurice Aquilina ta’ M7Alpha Creative Studios li bl-iktar mod professjonali qed imexxi din il-websajt. Proġetti oħra li ser jiġu mibdija din is-sena ser jiġu komunikati fi żmien li ġej. Żgur li l-ikbar investiment tal-kumitat ser jibqa’ fit-tfal tagħna - in-Nursery. Ammonti kbar ta’ flus qed jiġu allokati kull sena sabiex it-tfal li jiffrekwentaw in-nursery tagħna jiġu mgħallma u jipprattikaw il-logħba tal-futbol b’faċilitajiet tajbin, b’kowċis kwalifikati u fuq kollox fl-iktar ambjent sikur. Ix-xewqa tagħna dejjem tibqa’ dik li naraw iktar żgħażagħ tagħna mat-tim tal-kbar. Preżentament għandna 5 plejers mit-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena li jagħmlu parti mill-iskwadra tal-Ewwel Diviżjoni. Però dan mhux biżżejjed. Irridu naħdmu iktar sabiex ngħinu liż-żgħażagħ tagħna jaslu iktar ’l quddiem. Din ser tibqa’ tkun il-prijorità ewlenija fuq l-aġenda tagħna. LEJN 60 SENA TA’ STORJA17Ninsabu f’nofs ta’ staġun ieħor. Staġun li bħall-oħrajn ta’ qablu kollha fih diversi sfidi. Minn hawn ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk l-isponsors kollha li jgħinuna matul l-istaġun. L-ikbar sfida hija dejjem dik finanzjarja u sabiex l-ambizzjonijiet u t-tragwardi li jkollna jintlaħqu jirrikjedu eluf kbar ta’ flus kull sena. Permezz tas-sostenn ta’ dawn il-kumpaniji u individwi dan jista’ jkun possibbli. Grazzi mill-qalb. L-aħħar kelma tiegħi tmur lejn l-Imqabbin. M’aħniex xi raħal kbir però l-qalb hija kbira. Nibqgħu niġbdu ħabel wieħed sabiex nibqgħu ngħollu isem ir-raħal tagħna ’l fuq anke filkamp sportiv. Bħalma b’sodisfazzjon ħarisna lura lejn l-istorja ta’ dawn is-60 sena, inħarsu ’l quddiem biex inġibu aktar suċċessi lejn l-Imqabba fiż-żmien li ġej.Is-Sur Ellen Farrugia jagħti r-Rendikonti finanzjarji waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’April, 2018.PS Football Footage For any footage of full football Matches 77 45 67 73 spitp134@gmail.com 18MQABBA F.C. 1957Il-Messaġġ tal-Kowċ Is-Sur Clive Mizzi Meta persuna ssemmi r-raħal tal-Imqabba, normalment titkellem fuq iż-żewġ festi kbar, dik ta’ Santa Marija u tal-Ġilju, nar tal-ajru u tal-art, briju u armar. Però meta ssir taf aktar jew tgħix ma’ dawn in-nies minn dan ir-raħal żgħir, tinduna li hemm passjoni wkoll għal-logħba jew aħjar għat-tim tal-iMqabba F.C. Din is-sena taħbat għeluq is-sittin sena minn meta fforma l-club taliMqabba. Sintendi, matul dawn l-aħħar snin kollha li għaddew, kien hemm diversi mumenti sbieħ u mumenti mhux daqshekk sbieħ, però l-identità talIl-Kowċ, Clive Mizzi flimkien mal-President klabb tal-iMqabba hija waħda bi storja interessanti Carmel Ellul. ferm u anke b’potenzjal sabiħ għall-futur. Inħossni xxurtjat li ħdimt u qed nerġa’ naħdem ma’ dan il-club, li fuq livelli personali u anke bħala tim, tani ħafna sodisfazzjo
Related Search
We Need Your Support
Thank you for visiting our website and your interest in our free products and services. We are nonprofit website to share and download documents. To the running of this website, we need your help to support us.

Thanks to everyone for your continued support.

No, Thanks